EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0275

Kawża C-275/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Elcogás, SA vs Administración del Estado, Iberdrola, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ ‘intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat’ – Kumpanniji li għandhom stallazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika – Finanzjamenti straordinarji)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Elcogás, SA vs Administración del Estado, Iberdrola, SA

(Kawża C-275/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ ‘intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat’ - Kumpanniji li għandhom stallazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika - Finanzjamenti straordinarji)

(2015/C 016/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elcogás, SA

Konvenuta: Administración del Estado, Iberdrola, SA

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat l-ammonti allokati lil impriża privata li tipproduċi elettriku li huma ffinanzjati mill-konsumaturi kollha tal-elettriku li jinsabu fit-territorju nazzjonali u huma mqassma lill-impriżi tas-settur tal-elettriku minn organu pubbliku skont kriterji legali predeterminati.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


Top