EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0656

Kawża C-656/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – L vs M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikolu 12(3) – Wild ta’ ġenituri mhux miżżewġin – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Assenza ta’ kawża oħra pendenti konnessa – Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni – Kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti minn parti li adixxiet l-istess qorti)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – L vs M

(Kawża C-656/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 12(3) - Wild ta’ ġenituri mhux miżżewġin - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Assenza ta’ kawża oħra pendenti konnessa - Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni - Kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti minn parti li adixxiet l-istess qorti)

(2015/C 016/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L

Konvenut: M

fil-preżenza ta’: R, K

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, għall-finijiet ta’ proċedura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza abitwali tal-minuri minkejja li ebda proċedura oħra ma tkun pendenti quddiem il-qorti magħżula.

2)

L-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax jiġi kkunsidrat li l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita minn parti sabiex tisma’ proċedura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun ġiet “espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-konvenut f’din l-ewwel proċedura sussegwentement iressaq it-tieni proċedura quddiem l-istess qorti u, fil-kuntest tal-ewwel att li jkollu jippreżenta fl-ewwel proċedura, iqajjem in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


Top