EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0530

Kawża C-530/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Leopold Schmitzer vs Bundesministerin für Inneres (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(1) u (2)(a) – Artikolu 6(1) – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, tissuġġetta t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ taħriġ u ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena għal estensjoni tat-termini għal avvanz – Ġustifikazzjoni – Natura adegwata sabiex jintlaħaq l-għan imfittex – Possibbiltà li tiġi kkontestata l-estensjoni tat-termini għal avvanz)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Leopold Schmitzer vs Bundesministerin für Inneres

(Kawża C-530/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2)(a) - Artikolu 6(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, tissuġġetta t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ taħriġ u ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena għal estensjoni tat-termini għal avvanz - Ġustifikazzjoni - Natura adegwata sabiex jintlaħaq l-għan imfittex - Possibbiltà li tiġi kkontestata l-estensjoni tat-termini għal avvanz)

(2015/C 016/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Leopold Schmitzer

Konvenuta: Bundesministerin für Inneres

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) u (2)(a) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex iġġib fi tmiemha diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, tieħu inkunsiderazzjoni perijodi ta’ taħriġ u ta’ servizz qabel l-età ta’ 18-il sena iżda li, fl-istess waqt, tintroduċi fir-rigward biss tal-uffiċjali vittmi ta’ din id-diskriminazzjoni estensjoni ta’ tliet snin tat-tul neċessarju sabiex wieħed ikun jista’ jgħaddi mill-ewwel għat-tieni skala ta’ kull kategorija ta’ impjieg u ta’ kull kategorija ta’ remunerazzjoni.

2)

L-Artikoli 9 u 16 tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li uffiċjal li kien vittma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li tirriżulta mill-mod ta’ stabbiliment tad-data ta’ referenza meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-avvanz tiegħu, għandu jkun jista’ jinvoka l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva sabiex jikkontesta l-effetti diskriminatorji tal-estensjoni tat-termini għal avvanz, minkejja li huwa jkun kiseb, fuq talba tiegħu, ir-reviżjoni ta’ din id-data.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


Top