EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0402

Kawża C-402/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Cypra Ltd vs Kypriaki Dimokratia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Spezzjonijiet sanitarji – Regolament (KE) Nru 854/2004 – Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman – Kontrolli uffiċjali – Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali – Qtil tal-bhejjem)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Cypra Ltd vs Kypriaki Dimokratia

(Kawża C-402/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Regolament (KE) Nru 854/2004 - Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman - Kontrolli uffiċjali - Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali - Qtil tal-bhejjem)

(2015/C 016/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kyprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cypra Ltd

Konvenuta: Kypriaki Dimokratia

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fil-prinċipju, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, u tirrifjuta li tibgħat dan il-veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


Top