EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0580

Kawża C-580/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 – Guardian Industries Corp., Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Akkordji – Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Iffissar tal-prezzijiet – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi – Terminu raġonevoli – Ammissibbiltà ta’ dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 – Guardian Industries Corp., Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-580/12 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Iffissar tal-prezzijiet - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi - Terminu raġonevoli - Ammissibbiltà ta’ dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali)

(2015/C 016/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Guardian Industries Corp., Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: H. G. Kamann u S. Völcker, avukati, mogħtija mandat minn M. O’Daly, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u R. Sauer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494), hija annullata sa fejn din ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn jirrigwarda l-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl in solidum u sa fejn tikkundanna lil dawn tal-aħħar għall-ispejjeż.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39165 – Ħġieġ ċatt), huwa annullat sa fejn dan jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl in solidum għal EUR 148 000 000.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl in solidum minħabba l-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni huwa ffissat għal EUR 103 600 000.

4)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, nofs l-ispejjeż ta’ Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl fil-kuntest ta’ dawn iż-żewġ proċeduri.

6)

Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-imsemmija proċeduri.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


Top