Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0099

Kawża F-99/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

OJ C 448, 15.12.2014, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-99/14)

(2014/C 448/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament parzjali ta’ żewġ komunikazzjonijiet lill-persunal tal-Kunsill li jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tat-terminu għal raġuni ta’ distanza mal-allowances tal-espatrijazzjoni u tar-residenza barra mill-pajjiż u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ danni għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, skont l-Artikolu 270 TFUE, id-deċiżjoni tal-komunikazzjoni lill-persunal (“KP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emendat is-sistema applikabbli għat-terminu għal raġuni ta’ distanza, insegwitu għall-applikabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-komunikazzjoni lill-persunal (“KP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat ir-regoli dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar insegwitu għall-applikabbiltà mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn il-KP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għat-terminu għal raġuni ta’ distanza mal-allowances tal-espatrijazzjoni u tar-residenza barra mill-pajjiż kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP 9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas lir-rikorrent ta’ ammont ta’ EUR 1 69  051,96 għad-danni materjali sostnuti kif ukoll ammont ta’ EUR 40  000 għad-danni morali;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 għad-danni danni morali u materjali sostnuti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


Top