Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0090

Kawża F-90/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

OJ C 448, 15.12.2014, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-90/14)

(2014/C 448/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Hans-Robert Ilting, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Ir-rikorrent jitlob, l-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax l-allowance għall-ulied dipendenti b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013 minħabba li l-wild tiegħu ma għadux isegwi “taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, it-tieni nett, li l-persuna li timpjegah tiġi ordnata tkompli tagħtih din l-allowance u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi kollha sostnuti għat-tifla tiegħu retroattivament mill-1 ta’ Settembru 2013.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, Numru tal-Fajl HR.D.2/AS/ac/Ares(2014), tal-5 ta’ Ġunju 2014, dwar l-ilment tiegħu rreġistrat fit-12 ta’ Frar 2014 fl-HR.D.2 “Unità rimedji u segwitu ta’ każijiet” taħt in-Numru tal-Fajl R/227/14,

jordna lill-Awtorità tal-Ħatra tirrikonoxxi lit-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013 bħala wild dipendenti li tirċievi taħriġ edukazzjonali u għal din ir-raġuni tirrikonoxxi, fir-rigward tat-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013, li għandha tkompli tħallas l-allowance għall-ulied dipendenti u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi tagħha.


Top