Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0463

Kawża T-463/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Novembru 2014 – Popp u Zech vs UASI – Müller-Boré & Partner (MB) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MB — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MB&P — Użu ġenwin mit-trade preċedenti — Artikolu 42(2) u Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

OJ C 448, 15.12.2014, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Novembru 2014 – Popp u Zech vs UASI – Müller-Boré & Partner (MB)

(Kawża T-463/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MB - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MB&P - Użu ġenwin mit-trade preċedenti - Artikolu 42(2) u Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2014/C 448/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eugen Popp (Munich, il-Ġermanja); u Stefan M. Zech (Munich) (rappreżentanti: inizjalment C. Rohnke u M. Jacob, sussegwentement M. Jacob u F. Thiering, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Müller-Boré & Partner Patentanwälte (Munich)) (rappreżentanti: inizjalment T. Koerl u E. Celenk, sussegwentement K. Kern u B. Maneth, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2012 (Każ R 506/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Müller-Boré & Partner Patentanwälte, minn naħa, u Eugen Popp u Stefan M. Zech, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eugen Popp u Stefan M. Zech huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 379, 8.12.2012.


Top