Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0283

Kawża T-283/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Novembru 2014 – FIS’D vs Il-Kummissjoni ( “Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus — Ftehim qafas ta’ partenarjat — Ftehim speċifiku ta’ sussidju — Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku — Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata — Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju” )

OJ C 448, 15.12.2014, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – FIS’D vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/12) (1)

((“Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus - Ftehim qafas ta’ partenarjat - Ftehim speċifiku ta’ sussidju - Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku - Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata - Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju”))

(2014/C 448/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FIS’D – Formazione integrata superiore del design (Catanzaro, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Bariatti u A. Sodano, sussegwentement F. Sutti u A. Boso Caretta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Van Hoof, sussegwentement C. Cattabriga u D. Roussanov u finalment C. Cattabriga, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet, aġent, assistit minn M. Merola u C. Santacroce, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ April 2012 [referenza Ares (2012) 446225], li tiċħad l-azzjoni amministrattiva mressqa kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tat-13 ta’ Jannar 2012, li permezz tagħha din tal-aħħar irrexxindiet qabel iż-żmien il-ftehim qafas ta’ partenarjat 2011/0181 li kienet ikkonkludiet mal-Università degli Studi Mediterranea di Reggio Calabria (Università tal-Istudji Mediterranji ta’ Reggio Calabria, l-Italja) u emendat il-ftehim speċifiku ta’ sussidju li kienet ikkonkludiet ma’ din l-università.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FIS’D – Formazione integrata superiore del design għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


Top