Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0422

Kawża T-422/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Novembru 2014 – Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni [ “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Offerta anormalment baxxa — Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Għażla tal-bażi legali — Użu ħażin ta’ poter”

OJ C 448, 15.12.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Għażla tal-bażi legali - Użu ħażin ta’ poter”)

(2014/C 448/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Resources International (Luxembourg) (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u D. Calciu, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat 22 ta’ Lulju 2011, li tiċħad l-offerti ppreżentati mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpannija oħra għal-lottijiet Nri 1 u 4 fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66106099), u li tagħti l-kuntratti qafas lil offerenti oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Computer Resources International (Luxembourg) SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 290, 1.10.2011.


Top