Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0458

Kawża C-458/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit- 3 ta’ Ottubru 2014 – Promoimpresa srl vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

OJ C 448, 15.12.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Promoimpresa srl vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

(Kawża C-458/14)

(2014/C 448/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Promoimpresa srl

Konvenut: Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia

Domanda preliminari

Il-prinċipji tal-libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikoli 49, 56 u 106 TFUE, kif ukoll il-prinċipju tar-raġuni inkluż fihom, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’effett ta’ interventi leġiżlattivi suċċessivi, tipprovdi estensjoni ripetuta tad-data ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet fuq beni tal-qasam marittimu, tal-lagi u tax-xmajjar, importanti fuq il-pjan ekonomiku, li t-tul tagħha tiżdied b’mill-inqas ħdax-il sena permezz ta’ liġi, b’mod li l-istess konċessjonarju jżomm dritt esklużiv ta’ użu ekonomiku tal-beni, minkejja l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni mogħtija preċedentement lill-imsemmi konċessjonarju, b’konsegwenza li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jiġu esklużi minn kull possibbiltà li l-beni jiġi attribwit lilhom fi tmiem ta’ proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għal offerti?


Top