Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0452

Kawża C-452/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid- 29 ta’ Settembre 2014 – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl

OJ C 448, 15.12.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Settembre 2014 – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl

(Kawża C-452/14)

(2014/C 448/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

Konvenut: Doc Generici srl

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2)(a) tat-test fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995 (1), dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal varjazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tip I – iktar speċifikament, fil-kawża prinċipali, varjazzjoni tat-tip IA – meta l-kwistjoni tkun tittratta dwar varjazzjonijiet identiċi li jirrigwardaw diversi awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq fil-pussess tal-istess detentur, għandha titħallas miżata waħda biss, fl-ammont previst f’dan ir-regolament, jew inkella miżata għal kull awtorizzazzjoni kkonċernata mill-varjazzjoni?

2)

Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-qorti adita għandha l-possibbiltà li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jew inkella, kif fil-fatt tqis il-qorti adita, l-obbligu li tagħmel dan?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995, dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 3).


Top