Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX0208(05)

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards

OJ C 38, 8.2.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 38, 8.2.2014, p. 10–11 (HR)

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, l-FR u d-DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 38/07)

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-27 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat abbozz ta’ proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (id-Direttiva proposta), u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards (1). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għall-konsultazzjoni fit-28 ta’ Lulju 2013.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jilqa’ li fil-preambolu tal-istrumenti tiġi inkluża referenza għal din l-Opinjoni.

3.

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jagħti kummenti informali lill-Kummissjoni. Uħud minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati. Bħala riżultat ta’ dan, is-salvagwardji tal-protezzjonijiet tad-dejta fir-Regolament propost ġew imsaħħa.

4.

Peress li l-proposta għal Regolament ma tqajjem ebda kwistjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, il-KEPD ser jikkonċentra l-kummenti tiegħu fuq id-Direttiva proposta.

1.2.   L-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament propost

5.

L-għan tad-Direttiva proposta huwa li jgħin fl-iżvilupp ulterjuri ta’ suq madwar l-UE kollha għall-ħlasijiet elettroniċi, li ser jippermetti lill-konsumaturi, lill-bejjiegħa bl-imnut u lil atturi oħra tas-suq sabiex igawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern tal-UE, f’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Diġitali. Biex isir dan, u biex jiġu promossi aktar il-kompetizzjoni, l-effiċjenza u l-innovazzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet elettroniċi, għandu jkun hemm ċarezza ġuridika u kundizzjonijiet ekwi, li jwasslu għal konverġenza ’l isfel tal-ispejjeż u l-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta’ ħlas, aktar għażla u trasparenza fis-servizzi ta’ ħlas, iffaċilitar tal-provvista ta’ servizzi innovattivi tal-ħlasijiet, u li jiġu żgurati servizzi ta’ ħlas siguri u trasparenti.

6.

Il-Kummissjoni tgħid li dawn l-objettivi ser jintlaħqu billi jiġi aġġornat u kkumplementat il-qafas attwali dwar is-servizzi ta’ ħlas, li jipprevedi regoli li jsaħħu t-trasparenza, l-innovazzjoni u s-sigurtà fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut u jtejjeb il-konsistenza bejn ir-regoli nazzjonali, b’enfasi fuq il-bżonnijiet leġittimi tal-konsumaturi.

3.   Konklużjonijiet

Il-KEPD jilqa’ l-introduzzjoni fl-Artikolu 84 ta’ dispożizzjoni sostantiva li tiddikjara li kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jseħħ fil-qafas tad-Direttiva proposta għandu jsir b’rispett sħiħ tal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-KEPD jirrakkomanda li:

ir-referenzi għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu speċifikati f’salvagwardji konkreti li ser japplikaw għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn huwa previst ipproċessar tad-dejta personali.

fl-abbozz tad-Direttiva għandu jiġi ċċarat li l-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas jaf tinvolvi l-ipproċessar tad-dejta personali.

fl-abbozz tad-Direttiva proposta għandu jiġi ċċarat b’mod espliċitu li l-ipproċessar tad-dejta personali jista’ jitwettaq sakemm ikun meħtieġ għat-twettiq tas-servizzi ta’ ħlas.

hija miżjuda dispożizzjoni sostantiva li tiddikjara l-obbligu li l-“privatezza fid-disinn/privatezza prestabbilita” jiġu inkorporati fis-sistemi kollha tal-ipproċessar tad-dejta żviluppati u użati fil-qafas tad-Direttiva proposta.

fir-rigward tal-iskambji tal-informazzjoni: (i) issemmi l-iskopijiet li d-dejta personali tista’ tiġi pproċessata għalihom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-bank ċentrali tal-UE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 25, (ii) tispeċifika t-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi pproċessata taħt id-Direttiva proposta u (iii) tistabbilixxi perjodu ta’ żamma tad-dejta proporzjonat għall-ipproċessar jew tal-anqas tintroduċi kriterji preċiżi għall-istabbiliment tiegħu.

fl-Artikolu 22 għandu jiġi introdott rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu dokumenti u informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali, fejn jiġu speċifikati l-bażi legali u l-iskop tat-talba u x’informazzjoni hija meħtieġa, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni.

fl-Artikolu 31 hemm introdott li l-modalitajiet stabbiliti fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti japplikaw ukoll għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

fil-każ tat-terminu “disponibbiltà ta’ biżżejjed fondi” fl-Artikoli 58 u 59 huwa ċar li l-informazzjoni trażmessa lill-parti terza għandha tikkonsisti f’risposta sempliċi ta’ “iva” jew “le” għad-domanda jekk ikun hemm biżżejjed fondi disponibbli – mhux pereżempju f’dikjarazzjoni tal-bilanċ tal-kont.

fil-każ tat-terminu “dejta sensittiva dwar il-pagamenti” fl-Artikolu 58 li l-kelma “sensittiva” hija mħassra u minflok jintuża t-terminu “dejta dwar il-pagament”.

fi premessa għandu jiġi ċċarat li l-obbligi ta’ rapportar ta’ inċidenti tas-sigurtà huma mingħajr preġudizzju għal obbligi ta’ rapportar ta’ inċidenti oħrajn stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra, b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ ksur ta’ dejta personali stabbiliti skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta (fid-Direttiva 2002/58/KE u fir-Regolament Ġenerali propost għall-Protezzjoni tad-Dejta) u r-rekwiżiti ta’ notifika ta’ inċidenti tas-sigurtà ppjanati taħt id-Direttiva proposta dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

għandu jiġi żgurat li l-ipproċessar ta’ dejta personali, u t-trasferiment tagħha permezz tad-diversi intermedjarji, jirrispettaw il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u sigurtà f’konformità mal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE.

hija miżjuda dispożizzjoni sostantiva mad-Direttiva proposta bl-obbligu li l-istandards jiġu żviluppati wara li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-privatezza, u abbażi tagħhom.

għandha tiġi inkluża referenza fid-Direttiva proposta għall-ħtieġa li jiġi kkonsultat il-KEPD fejn il-linji gwida tal-EBA dwar l-awtentifikazzjoni tal-konsumaturi mill-aktar moderna u kwalunkwe eżenzjoni tal-użu ta’ awtentifikazzjoni b’saħħitha tal-konsumaturi jkunu jikkonċernaw l-ipproċessar tad-dejta personali.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013) 547 finali u COM(2013) 550 finali.


Top