Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0615

Kawża T-615/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Heat exchangers)

OJ C 24, 25.1.2014, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — AIC vs UASI — ACV Manufacturing (Heat exchangers)

(Kawża T-615/13)

2014/C 24/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 291/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti u dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn għall-prodott deskritt bħala “heat exchangers” — Disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 1 618 703-0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: allegazzjoni li d-disinn ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju rreġistrat u kkontestat ġie ddikjarat bħala invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


Top