Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0576

Kawża T-576/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Ottubru 2013 — Verus vs UASI — Joie International (MIRUS)

OJ C 24, 25.1.2014, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Verus vs UASI — Joie International (MIRUS)

(Kawża T-576/13)

2014/C 24/45

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joie International Co. Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-23 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 715/2012-5) b’mod li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Joie International Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MIRUS” għal prodotti fil-klassi 12 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “MIRUS” għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


Top