Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/362/04

Sejħa għall-proposti 2013 – EAC/S11/13 – Il-Programm Erasmus+

OJ C 362, 12.12.2013, p. 62–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 362, 12.12.2013, p. 4–7 (HR)

12.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/62


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2013 – EAC/S11/13

Il-Programm Erasmus+

(2013/C 362/04)

Klawsola sospensiva

Il-programm tal-UE tal-2014-2020 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li pproponiet il-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Novembru 2011 (minn hawn 'il quddiem “il-Programm”) għadu ma ġiex adottat mill-awtorità leġiżlattiva Ewropea. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippubblika din is-sejħa għall-proposti ħalli ssir implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm malli l-leġiżlatur Ewropew jadotta dan l-att bażiku u ħalli l-benefiċjarji potenzjali tal-għotjiet tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jippreparaw il-proposti tagħhom fil-ħin.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' din is-sejħa qed issir bil-kundizzjonijiet:

li l-awtorità leġiżlattiva Ewropea tadotta l-att bażiku li jistabbilixxi l-Programm mingħajr tibdil sinifikanti,

li l-Kumitat tal-Programm stabbilit fl-att bażiku jagħti opinjoni pożittiva jew ma jsibx oġġezzjoni,

li l-Kummissjoni tadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-2014, wara referenza mingħand il-kumitat tal-Programm, u

li l-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2014 ikunu disponibbli wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2014 min-naħa tal-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Din is-sejħa għall-proposti ma torbotx legalment lill-Kummissjoni. Jekk il-leġiżlaturi Ewropej ibiddlu l-att bażiku b'mod sinifikanti, l-awtorità kontraenti żżomm id-dritt li tagħti l-ġenb jew tħassar din is-sejħa għall-proposti u li tniedi sejħiet oħra b'kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għas-sottomissjoni.

1.   Introduzzjoni u l-Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti tistrieħ u hi soġġetta għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Il-Programm ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Arkoli 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   L-azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

 

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) – Il-mobbiltà tat-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Masters Konġunti

L-avvenimenti fuq skala kbira tas-servizz volontarju Ewropew

 

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) – Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba

Is-sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

L-Alleanzi ta' Għarfien:

L-Alleanzi ta' Ħiliet Settorjali:

Il-bini tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

 

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) – Appoġġ għar-riforma politika

Djalogu strutturat: Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

 

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta' Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Istituzzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

 

L-Isport

Sħubiji kollaborattivi fil-qasam tal-isport

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ

3.   L-eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament tal-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament għal mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Il-Programm Erasmus+ hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi (1):

Dawn il-pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

is-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja (2),

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (3)

il-Konfederazzjoni Svizzera (4)

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Il-kriterji tal-għoti

Applikazzjonijiet għall-azzjonijiet inklużi f'din is-sejħa għall-proposti se jiġu vvalutati skont dawn il-kriterji:

 

L-Azzjoni Ewlenija 1, l-Azzjoni Ewlenija 3, l-Isport (avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ):

Ir-rilevanza tal-proġett

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett

L-impatt u d-disseminazzjoni

 

L-Azzjoni Ewlenija 2, Jean Monnet, l-Isport (Sħubiji kollaborattivi fil-qasam tal-isport):

Ir-rilevanza tal-proġett

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett

Il-kwalità tat-tim tal-proġett u l-arranġamenti ta' koperazzjoni

L-impatt u d-disseminazzjoni

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar kif il-kriterji tal-għoti huma applikati għall-azzjonijiet speċifiċi.

5.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hu stmat EUR 1 507,3 miljun:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ

:

EUR 1 305,3 miljun

Iż-Żgħażagħ

:

EUR 174,2 miljun

Jean Monnet

:

EUR 11,2 miljun

L-Isport

:

EUR 16,6 miljun

Il-livell tal-għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta' proġett u l-għadd ta' sħab involuti.

6.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

Is-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet jagħlqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell tad-dati msemmija hawn taħt.

L-Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (kollha)

fis-17 ta' Marzu 2014

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ biss

fit-30 ta' April 2014

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ biss

fl-1 ta' Ottubru 2014

Masters Konġunti

fis-27 ta' Marzu 2014

L-avvenimenti fuq skala kbira tas-servizz volontarju Ewropew

fit-3 ta' April 2014


L-Azzjoni Ewlenija 2

Is-sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

fit-30 ta' April 2014

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ biss

fl-1 ta' Ottubru 2014

Alleanzi ta' Għarfien/Alleanzi ta' Ħiliet Settorjali

fit-3 ta' April 2014

Il-bini tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-3 ta' April 2014

fit-2 ta' Settembru 2014


L-Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-30 ta' April 2014

fl-1 ta' Ottubru 2014


Azzjonijiet Jean Monnet

Seduti, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

fis-26 ta' Marzu 2014


Azzjonijiet tal-Isport

Sħubiji kollaborattivi fil-qasam tal-isport

fil-15 ta' Mejju 2014

L-avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ

fl-14 ta' Marzu 2014

fil-15 ta' Mejju 2014

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar istruzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

7.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta' din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+: http://ec.europa.eu/erasmus-plus/

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali ta' din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jsemmi, japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  Ħlief għall-azzjonijiet Jean Monnet li huma miftuħa għal applikazzjonijiet mingħand istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla mid-dinja kollha.

(2)  Il-parteċipazzjoni tal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja hi soġġetta għal deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, ir-regolament tal-Erasmus+ ma jkunx ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, il-parteċipanti minn dawn il-pajjiżi ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.

(3)  Il-parteċipazzjoni tat-Turkija u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f'din is-sejħa għall-proposti hi soġġetta għall-iffirmar ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi rispettivament. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, il-Memorandum ta' Fehim ma jkunx ġie ffirmat, il-parteċipanti minn dan il-pajjiż ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.

(4)  Il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera hi soġġetta għall-konklużjoni ta' ftehim bilaterali li għandu jintemm ma' dan il-pajjiż. Jekk meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, dan il-ftehim bilaterali ma jkunx ġie ffirmat, il-parteċipanti mill-Konfederazzjoni Svizzera ma jiħdux finanzjament u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/sħubiji.


Top