Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0540

Kawża T-540/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2013 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib — Regolament (KE) Nru 1468/2006 — Inammissibbiltà manifesta” )

OJ C 336, 16.11.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 336, 16.11.2013, p. 22–22 (HR)

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/11) (1)

(Rikors għad-danni - Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib - Regolament (KE) Nru 1468/2006 - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 336/47

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Melkveebedrijf Overenk BV (Sint Anthonis, il-Pajjiżi l-Baxxi); Maatschap Veehouderij Kwakernaak (Oosterwolde, il-Pajjiżi l-Baxxi); Mulders Agro vof (Heerle, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf Engelen vof (Grashoek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf De Peel BV (Heusden, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Mathijs Moonen (Nederweert, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Mazel u A. van Beelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u B. Burggraaf, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 338M, p. 526).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Melkveebedrijf Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveebedrijf Engelen vof, Melkveebedrijf De Peel BV u Mathijs Moonen huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


Top