Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/303/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 303, 19.10.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 303, 19.10.2013, p. 19–19 (HR)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 303/12

1.

Fil-11 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża LVMH Moët Hennessy – Louis Vuitton SA (LVMH, Franza), ikkontrollata mill-Grupp Arnault SAS, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Loro Piana SpA (Loro Piana, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal LVMH: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti ta' lussu (inbejjed u spirti; prodotti tad-ditta u tal-ġila, inklużi aċċessorji; fwejjaħ u kosmetiċi; arloġġi u ġojjelli; bejgħ bl-imnut selettiv kif ukoll l-industrja ta' jottijiet tal-lussu). LVMH hija kkontrollata minn Groupe Arnault, li jikkontrolla wkoll Christian Dior Couture,

għal Loro Piana: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tad-ditta ta' lussu, prodotti tal-ġilda, aċċessorji, żraben, kif ukoll tessuti, drappijiet, ħajt għall-prodotti tal-moda u drappijiet għat-tiżjin tal-intern.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top