Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG1019(02)

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

OJ C 303, 19.10.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 303, 19.10.2013, p. 13–14 (HR)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2013/C 303/09

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku waslitlu applikazzjoni mingħand Global Petroleum Limited għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 82 F.R-.GP”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Adrijatiku), imdawra mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom tagħtihom din id-dejta ġeografika:

Il-ponot

Dejta ġeografika

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

17°17′

41°54′

b

L-intersezzjoni bejn il-parallel 41°54′ u l-fruntiera taż-żona F

c

L-intersezzjoni bejn il-fruntiera taż-żona F u l-meridjan 17°27′

d

17°27′

41°36′

e

17°36′

41°36′

f

17°36′

41°30′

g

17°17′

41°30′

Mill-punt “b” sal-punt “c”, il-fruntieri tal-applikazzjoni huma l-istess bħall-fruntiera taż-żona F

Id-dejta ġeografika hawn mogħtija nstabet skont il-Folja 921 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, l-erja tal-wiċċ hija 745,70 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona mdawra skont il-punti u d-dejta ġeografika msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email f'dan l-indirizz: “ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it” u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta' Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' riċerka ma għandhiex ittul aktar minn 180 jum.


Top