Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XX1019(02)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat- 3 ta' Diċembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(2) – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter – Relatur: Franza

OJ C 303, 19.10.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(2) – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter

Relatur: Franza

2013/C 303/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tat-tul għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żidiet speċifiċi tal-ammonti bażiċi tal-multi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm effett ta’ deterrenza suffiċjenti.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti jew ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar inabbiltà li titħallas it-talba.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.


Top