Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0196

Kawża C-196/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

OJ C 207, 20.7.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 207, 20.7.2013, p. 4–4 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/9


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-196/13)

2013/C 207/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li, peress li ma addottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fis-26 ta’ April 2007, fil-Kawża C-135/05, li fiha ġie deċiż li r-Repubbilka Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4, 8 u 9 tad-Direttiva 75/442/KEE (1), kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE (2), tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE (3) tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż, u tal-Artikolu 14(a) sa (ċ), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (4), tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana li tħallas lill-Kummissjoni multa li tammonta għal EUR 256 819,2 kull jum, għad-dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-135/05, li jibdew jiddekorru mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-jum tal-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-135/05;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana li tħallas lill-Kummissjoni somma fil-forma ta’ somma f’daqqa, fejn l-ammont jirriżulta mill-moltiplikazzjoni ta’ ammont ta’ EUR 28 089,6 kuljum bin-numru ta’ ġranet ta’ persistenza tal-ksur, li jibdew jiddekorru mill-għoti tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-135/05 sal-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għal dak li jikkonċerna l-ksur tal-Artikoli 4, 8 u 9 d tad-Direttiva 75/442/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, fuq skart perikoluż, abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-awtoritajiet Taljani, għadhom jeżistu, fit-territorju Taljan, mill-inqas 218 impjanti tal-iskart illegali, imferxin fuq ir-reġjunijiet kollha Taljani. Madankollu, minħabba n-natura illegali tagħhom, il-218 impjant illegali ma josservawx id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.

Għal dak jikkonċerna l-ksur tal-Artikolu 14(a) sa (ċ), dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma, abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-awtoritajiet Taljani, għadhom jeżistu ħames impjanti li għalihom ma kinux ġew ippreżentati jew approvati pjani ta’ żvilupp, u li, minkejja dan, ma kinux ingħalqu mill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

Is-sanzjoni proposta (multa ta’ kuljum u somma f’daqqa) hija proporzjonali għall-gravità u għat-tul tal-ksur, u inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tan-neċessità li tiġi ggarantita l-effikaċja dissważiva tas-sanzjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 78.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, li temenda d-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 3.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 78.

(4)  Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.


Top