Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0165

Kawża C-165/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ April 2013 — Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig

OJ C 207, 20.7.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 207, 20.7.2013, p. 2–2 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2013 — Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig

(Kawża C-165/13)

2013/C 207/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanislav Gross

Konvenuta: Hauptzollamt Braunschweig

Domandi preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1), bla ħsara għar-relazzjoni kuntestwali tiegħu mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 92/12/KEE, jipprekludi dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru li tipprovdi li persuna li, għall-finijiet kummerċjali, iżżomm prodotti suġġetti għal sisa li ġew offruti għall-konsum fi Stat Membru ieħor, ma tkunx responsabbli għall-ħlas tat-taxxa meta hija takkwista l-imsemmija prodotti minn persuna oħra biss wara t-tmiem tat-tranżazzjoni tad-dħul?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.


Top