EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0001

Kawża T-1/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Jannar 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Montres Tudor (GLAMOUR)

OJ C 86, 23.3.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Montres Tudor (GLAMOUR)

(Kawża T-1/13)

2013/C 86/29

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab, H. Lauf u V. Ahmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Montres Tudor SA (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 0231/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GLAMOUR” — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 380 916

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali b’effett fil-Komunità, “TUDOR GLAMOUR”, għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


Top