EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0551

Kawża T-551/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Frar 2013 — BSI vs Il-Kunsill ( “Rikors għal annullament — Dumping — Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja — Importatur indipendenti — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess dirett — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà” )

OJ C 86, 23.3.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 — BSI vs Il-Kunsill

(Kawża T-551/11) (1)

(Rikors għal annullament - Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja - Importatur indipendenti - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess dirett - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2013/C 86/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Brugola Service International Srl (BSI) (Cassano Magnago, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti u M. Farneti, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u M. de Morpurgo, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Brugola Service International Srl (BSI) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


Top