EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0011

Kawża C-11/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl- 10 ta’ Jannar 2013 — Bayer CropScience AG

OJ C 86, 23.3.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Bayer CropScience AG

(Kawża C-11/13)

2013/C 86/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer CropScience AG

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “prodott” fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 8 tal-Artikolu 1 kif ukoll ta’ “sustanza attiva” fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru wkoll aġent protettiv?


(1)  Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335).


Top