EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0643

Kawża C-643/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Artikolu 203 — Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura — Eżiġibbiltà — Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha — Neċessità)

OJ C 86, 23.3.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-643/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Artikolu 203 - Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura - Eżiġibbiltà - Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha - Neċessità)

2013/C 86/09

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LVK — 56 EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Prova tal-eżistenza tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT — Prassi tal-awtoritajiet tat-taxxa li jirrifjutaw li jagħtu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT lil destinatarju tal-kunsinna ta’ beni taxxabbli, minħabba n-nuqqas ta’ dokumenti li jiġġustifikaw il-kunsinna effettiva, minkejja l-konstatazzjoni tat-taxxa dovuta mingħand il-fornitur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fuq fattura minn persuna hija dovuta minnha indipendentement mill-eżistenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli;

mis-sempliċi fatt li l-awtorità tat-taxxa ma kkoreġietx, f’avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, it-taxxa fuq il-valur miżjud iddikjarata minnu, ma jistax jiġi dedott li din l-awtorità rrikonoxxiet li l-imsemmija fattura kienet tikkorrispondi għal tranżazzjoni taxxabbli effettiva.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikoli 167 u 168(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiġi mċaħħad mid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input minħabba l-assenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli effettiva, minkejja li, fl-avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minn dan tal-aħħar ma ġietx ikkoreġuta. Madankollu, jekk, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa minn dan l-emittent jew fi stadju preċedenti għat-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis, jiġi kkunsidrat li din it-tranżazzjoni effettivament ma saritx, għandu jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma d-destinatarju tal-fattura jiġi obbligat iwettaq verifiki li ma huwiex obbligat iwettaq, li dan id-destinatarju kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imsemmija tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tal-VAT, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012


Top