EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0396

Kawża C-396/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad- 29 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanța — ir-Rumanija) — Ministerul Public — Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Constanța: Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Ciprian Vasile Radu (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Mandat ta’ arrest Ewropew għal finijiet ta’ proċedimenti — Raġunijiet ta’ rifjut għal eżekuzzjoni)

OJ C 86, 23.3.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanța — ir-Rumanija) — Ministerul Public — Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Constanța: Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Ciprian Vasile Radu

(Kawża C-396/11) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Mandat ta’ arrest Ewropew għal finijiet ta’ proċedimenti - Raġunijiet ta’ rifjut għal eżekuzzjoni)

2013/C 86/07

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ciprian Vasile Radu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanța — Interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadu [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU L 18, 22.01.2009, p. 45), kif ukoll tal-Artikolu 6 TUE u tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tal-Artikoli 6, 48 u 52 tagħha — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal finijiet ta’ prosekuzzjoni — Possibbiltà tal-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat li jirrifjuta t-talba għall-konsenja tal-persuna rikjesta minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni totali jew parzjali tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI mill-Istat Membru li joħroġ il-mandat

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ma jistgħux jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali għar-raġuni li l-persuna rikjesta ma nstemgħetx fl-Istat Membru ta’ emissjoni qabel il-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011


Top