EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0394

Kawża C-394/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) Valeri Hariev Belov vs CHEZ Elektro Balgaria АD et ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja” )

OJ C 86, 23.3.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) Valeri Hariev Belov vs CHEZ Elektro Balgaria АD et

(Kawża C-394/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2013/C 86/06

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Komisia za zashtita ot diskriminatsia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valeri Hariev Belov

Konvenuti: CHEZ Elektro Balgaria AD, Lidia Georgieva Dimitrova, Roselina Dimitrova Kostova, Kremena Stoyanova Stoyanova, CHEZ Razpredelenie Balgaria AD, Ivan Kovarzhchik, Atanas Antonov Dandarov, Irzhi Postolka, Vladimir Marek, Darzhavna Komisia po energiyno i vodno regulirane

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Komisia za zashtita ot diskriminatsia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(a) u (b) u 3(1)(h) u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-premessa 29 u tal-Artikoli 1 u 13(1) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, p. 64), u tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211), kif ukoll tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55) — Prassi amministrattiva li permezz tagħha l-impriża ta’ distribuzzjoni tal-elettriku tingħata l-libertà li twaħħal fid-distretti Romm arloġġi tad-dawl fuq arbli tal-elettriku fit-triq f’għoli inaċċessibbli għall-utenti u li ma tippermettix lill-konsumaturi ta’ dawn id-distretti jaraw l-arloġġ tagħhom, minkejja li fid-distretti li ma humiex Romm l-arloġġi tad-dawl jitwaħħlu f’għoli aċċessibbli — Dritt jew interess tal-utent finali tal-elettriku li jivverifika regolarment l-ammonti li jinsabu fuq l-arloġġ tad-dawl — Oneru tal-prova fil-qasam tad-diskriminazzjoni

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia fid-deċiżjoni tagħha ta’ rinviju tad-19 ta’ Lulju 2011.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


Top