EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0175

Kawża C-175/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — H.I.D., B.A. vs Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Direttiva 2005/85/KE — Artikolu 23 — Possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil — Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva — Il-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens ta’ dan l-artikolu)

OJ C 86, 23.3.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — H.I.D., B.A. vs Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General

(Kawża C-175/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil - Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat - Direttiva 2005/85/KE - Artikolu 23 - Possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil - Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini - Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva - Il-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens ta’ dan l-artikolu)

2013/C 86/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H.I.D., B.A.

Konvenuti: Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 u 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175 M, p.168) — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ proċedura nazzjonali li tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa jew prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal ażil ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita abbażi tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż tal-oriġini — Dritt għal rikors effettiv — Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” skont l-Artikolu 267 TFUE

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 23(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jissottometti għal proċedura mħaffa jew prijoritarja l-eżami, fl-osservanza tal-prinċipji bażiċi u l-garanziji fundamentali msemmija fil-Kapitolu II tal-istess direttiva, ta’ ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet għal ażil iddefiniti fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant.

(2)

L-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil applikant għal ażil li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti quddiem qorti jew tribunal bħar-Refugee Appeals Tribunal (l-Irlanda), u li jappella mid-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar quddiem qorti superjuri bħall-High Court (l-Irlanda), jew jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità quddiem il-High Court, li s-sentenzi tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell quddiem is-Supreme Court (l-Irlanda).


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.


Top