Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0344

Kawża T-344/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis- 27 ta’ Ġunju 2012 — Hearst Communications vs UASI — Vida Estética (COSMOBELLEZA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW — Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

OJ C 235, 4.8.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Hearst Communications vs UASI — Vida Estética (COSMOBELLEZA)

(Kawża T-344/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW - Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 235/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hearst Communications, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann, C. Czychowski u A. Nordemann-Schiffel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment C. Bartos sussegwentement V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida Estética, SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 770/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hearst Communications, Inc u Vida Estética, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Hearst Communications, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009


Top