Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0277

Kawża C-277/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl- 1 ta’ Ġunju 2012 — Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva vs AAS “Baltikums”

OJ C 235, 4.8.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva vs AAS “Baltikums”

(Kawża C-277/12)

2012/C 235/18

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva

Konvenuta: AAS “Baltikums”

Domandi preliminari

(1)

Il-kumpens obbligatorju għad-dannu personali previst fl-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1), tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u fl-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (2), tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jinkludi wkoll id-danni morali?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda affermattiva, l-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu lil Stat Membru milli jillimita l-ammont massimu tal-kumpens għad-danni mhux materjali (morali), billi jiffissa limitu li huwa sostanzjalment inqas mil-limitu tar-responsabbiltà tal-assigurazzjoni ffissat mid-direttivi u mil-liġi nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3.


Top