Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0273

Kawża C-273/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl- 4 ta’ Ġunju 2012 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL

OJ C 235, 4.8.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL

(Kawża C-273/12)

2012/C 235/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières

Konvenuta: Harry Winston SARL

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt is-sistema tal-ħażna doganali, li seħħ fiċ-ċirkostanzi tal-kawża inkwistjoni, jikkostitwixxi telf għal kollox tal-merkanzija u każ ta’ forza maġġuri, bil-konsegwenza li f’tali eventwalità ebda dejn doganali fuq l-importazzjoni ma huwa meqjus li tnissel?

(2)

Is-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt is-sistema ta’ ħażna doganali huwa tali li jinvolvi l-fatt li jiġġenera u l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva [tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU L 347, p. 1.


Top