Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0087

Kawża C-87/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2012 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(ċ) — Trade mark verbali Hallux — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġuni assoluta)

OJ C 235, 4.8.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-87/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Trade mark verbali Hallux - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni assoluta)

2012/C 235/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fidelio KG (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (T-286/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hallux bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassijiet 10 u 25 (prodotti ortopediċi u żraben) — Karattru distintiv ta’ sinjal verbali li jfisser “saba’ l-kbir tas-sieq” bil-Latin.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Fidelio KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011


Top