Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/192/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6621 – CNP Assurances/BNP Paribas/Immeuble Val-de-Marne) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 192, 30.6.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6621 – CNP Assurances/BNP Paribas/Immeuble Val-de-Marne)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 192/07

1.

Fit-22 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi CNP Assurances (“CNP Assurances”, Franza) u BNP Paribas, permezz tal-filjali tagħha Cardif Assurance Vie (“Cardif”, Franza) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ proprjetà immobbli (“il-proprjetà immobbli”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CNP Assurances: attiva fl-assikurazzjoni tal-persuni fi Franza, u b'mod aktar preċiż fl-oqsma tal-assikurazzjoni tal-ħajja, tal-pensjoni u tar-riskji personali,

Cardif: kumpanija tal-assikurazzjoni tal-ħajja li tappartjeni għall-grupp bankarju Franżiċ BNP Paribas,

il-proprjetà immobbli: proprjetà immobbli għall-użu bħala uffiċċji li tinsab f’Charenton-le-Pont (id-dipartiment ta’ Val-de-Marne fi Franza).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6621 – CNP Assurances/BNP Paribas/Immeuble Val-de-Marne, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top