Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0125

Kawża F-125/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 29 ta’ Ġunju 2011 — Schuerewegen vs Il-Parlament ( “Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Miżura ta’ tkeċċija mill-post tax-xogħol — Revoka tal-pass tax-xogħol — Revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk informatiku — Ilment amministrattiv preliminari — Trażmissjoni elettronika — Għarfien effettiv mill-amministrazzjoni — Tardività — Inammissibbiltà manifesta” )

OJ C 232, 6.8.2011, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — Schuerewegen vs Il-Parlament

(Kawża F-125/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Miżura ta’ tkeċċija mill-post tax-xogħol - Revoka tal-pass tax-xogħol - Revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk informatiku - Ilment amministrattiv preliminari - Trażmissjoni elettronika - Għarfien effettiv mill-amministrazzjoni - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 232/77

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: D. Schuerewegen (Marienthal, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tiegħu ġie revokat kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni u t-talba għal danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

D. Schuerewegen għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.11, p. 68.


Top