Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0088

Kawża F-88/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 30 ta’ Ġunju 2011 — Van Asbroeck vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni fi grad intermedjarju — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatt ġdid sostanzjali — Assenza — Rikors manifestament inammissibbli)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Van Asbroeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni fi grad intermedjarju - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza - Rikors manifestament inammissibbli)

2011/C 232/76

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Van Asbroeck (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u D. Martin, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi parzjalment annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-introduzzjoni ta’ kumpens favur uffiċjali li bidlu l-kategorija qabel l-1 ta’ Mejju 2004, sabiex jiġi riklassifikat, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2004, fil-grad D*4/8 u sabiex il-karriera tiegħu tiġi kkostitwita mill-ġdid skont il-promozzjonijiet, aġġustamenti annwali u żidiet fl-iskala li seħħew minn dakinhar.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

M. Van Asbroeck għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 50.


Top