Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0475

Kawża T-475/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

OJ C 232, 6.8.2011, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-475/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 232/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


Top