Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0298

Kawża C-298/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl- 14 ta’ Ġunju 2011 — “Dobrudzhanska petrolna kompania” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2011 — “Dobrudzhanska petrolna kompania” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

(Kawża C-298/11)

2011/C 232/35

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Dobrudzhanska petrolna kompania” AD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ssir provvista bejn persuni konnessi u l-korrispettiv ikun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, l-ammont taxxabbli huwa l-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss meta l-fornitur jew id-destinatarju ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq ix-xiri u/jew il-produzzjoni tal-merkanzija pprovduta?

(2)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-fornitur ikun eżerċita d-dritt sħiħ li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq merkanzija u servizzi li jiġu pprovduti sussegwentement bejn persuni konnessi b’valur li jkun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, u dan id-dritt li titnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud ma jkunx ġie kkoreġut taħt l-Artikoli 173 sa 177 tad-direttiva u l-provvista ma tistax tiġi eżentata mit-taxxa taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew 380 sa 390 tad-direttiva, l-Istat Membru ma jistax jadotta miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli huwa biss il-valur tas-suq miftuħ?

(3)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt sħiħ li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq merkanzija u servizzi li jiġu pprovduti sussegwentement bejn persuni konnessi b’valur li jkun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, u dan id-dritt li titnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud ma jkunx ġie kkoreġut taħt l-Artikoli 173 sa 177 tad-direttiva, l-Istat Membru ma jistax jadotta miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli huwa biss il-valur tas-suq miftuħ?

(4)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 jikkostitwixxi lista eżawrjenti tal-każijiet li fihom Stat Membru jista’ jadotta miżuri li permezz tagħhom l-ammont taxxabbli fir-rigward tal-provvisti għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni?

(5)

Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 27(3)(1) taż-ZDDS hija ammissibbli f’sitwazzjonijiet oħra apparti dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112?

(6)

F’każ bħal dak inkwistjoni hawnhekk, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandha effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tapplikaha direttament?


(1)  ĠU L 347, p. 1


Top