Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0271

Kawża C-271/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil- 31 ta’ Mejju 2011 — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

OJ C 232, 6.8.2011, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-31 ta’ Mejju 2011 — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

(Kawża C-271/11)

2011/C 232/32

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Techniko Epimelitirio Ellados et

Konvenuti: Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

Domandi preliminari

(1)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 2042/2003, flimkien mad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tal-imsemmi regolament, u fid-dawl ta’ dak li tipprovdi d-dispożizzjoni AMC. M.B. 102(c)(1) (subparagrafi 1.1 sa 1.4, 1.6 sa 1.7), tal-Kapitolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar mezzi aċċettabbli ta’ konformità mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq, il-leġiżlatur nazzjonali għandu l-possibbiltà, waqt l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali ta’ implementazzjoni tal-imsemmi regolament, li jqassam l-attivitajiet ta’ spezzjoni tal-ajruplani, maħsuba sabiex jiġi kkonstatat li huma konformi mar-rekwiżiti fis-seħħ fil-qasam tan-navigazzjoni bl-ajru, lil diversi kategoriji/speċjalitajiet ta’ spetturi, fejn kull wieħed minnhom jista’ jikkontrolla biss l-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan f’qasam wieħed partikolari? B’mod partikolari, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ u li tipprevedi spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni (Airworthness and Avionics Inspectors), spetturi tal-operazzjonijiet tat-titjira (Flight Operations Inspectors), spetturi tas-sigurtà fil-kabini (Cabin Safety Inspectors) u spetturi tad-diplomi u liċenzji (Licensing Inspectors) hija konformi mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 tfisser li kull persuna li tiġi fdata bil-kompiti ta’ ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan f’qasam wieħed partikolari, għandu jkollha esperjenza ta’ ħames snin li tkopri l-aspetti kollha intiżi li tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan jew ikun suffiċjenti li jkollha esperjenza ta’ ħames snin fil-funzjonijiet speċifiċi fdati lilha u li jaqgħu taħt l-ispeċjalità tagħha?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta għal din id-domanda li huwa suffiċjenti li l-persunal tal-ispezzjoni jkollu esperjenza ta’ ħames snin fil-funzjonijiet speċifiċi li ġew fdati lilu, għandha tiġi kkunsidrata li tissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1) tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni għandu jkollu “mill-inqas ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata”, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ, u li tipprovdi li l-ispetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni (Airworthness and Avionics Inspectors), responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll tal-mezzi tan-navigazzjoni, tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati kif ukoll tat-trasportaturi bl-ajru, b’mod konformi mar-regoli inklużi fil-manwal tal-ICAO dok 9760, għandu jkollhom esperjenza ta’ mill-inqas ħames snin ma’ opertur fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani u għandhom ikunu ħadmu fil-manutenzjoni tal-ajruplani?

(4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ, li tekwipara t-titulari ta’ liċenzja għall-manutenzjoni tal-ajruplani, skont il-Parti 66 (Anness III) tar-Regolament Nru 2042/2003, mat-titulari ta’ diplomi maħruġa minn stabbilimenti ta’ edukazzjoni ogħla fil-qasam tan-navigazzjoni bl-ajru, hija konformi mal-imsemmi regolament, sa fejn hija tipprovdi li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persuni għandu jkollhom esperjenza ma’ opertur fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani sabiex ikunu jistgħu jiġi ċċertifikati bħala spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni?

(5)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, fid-dawl ukoll tas-subparagrafi 1.4 u 1.5 tad-dispożizzjoni AMC M.B. 102(c)(1) tal-Kaptiolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM, tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar mezzi aċċettabbli ta’ konformità mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq, fl-esperjenza ta’ ħames snin fil-qasam tal-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hemm inkluża l-esperjenza prattika miksuba, fejn ikun il-każ, fil-kuntest tal-istudji intiżi sabiex jinkiseb il-grad akkademiku kkoċernat jew għandha tgħodd biss l-esperjenza miksuba fil-kundizzjonijiet reali tax-xogħol, indipendentement mill-istudji u, wara t-tmiem tal-istudji u l-kisba tal-grad akkademiku kkonċernat?

(6)

Skont id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 2042/2003, fl-esperjenza ta’ ħames snin fil-qasam tal-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hemm inkluż ukoll l-esperjenza li tkun inkisbet mill-eżerċizzju, fejn ikun il-każ, fil-passat, u anki qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ta’ funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani?

(7)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(2), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, sabiex it-titulari ta’ liċenzja għall-manutenzjoni tal-ajruplani skont il-Parti 66 (Anness III) tal-istess Regolament Nru 2042/2003 jintgħażel inizjalment bħala spettur, hemm bżonn, qabel l-għażla tiegħu, li huwa jingħata taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani jew ikun suffiċjenti li huwa jingħata tali taħriġ, wara l-għażla inizjali tiegħu iżda qabel ma huwa jassumi l-funzjonijiet tiegħu ta’ spettur?

(8)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(3), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni għandu jkollu “taħriġ adattat fil-manutenzjoni ajrunawtika”, huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li tikkostitwixxi tali taħriġ, sistema ta’ taħriġ, stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali li għandha l-karatteristiċi li ġejjin: i) it-taħriġ jingħata wara l-għażla inizjali ta’ persuna bħala spettur sempliċiment abbażi tal-kwalifiki formali tagħha, ii) dan it-taħriġ ma jiġix varjat skont il-kwalifiki formali tal-persuni magħżula inizjalment bħala spetturi u iii) fil-kuntest ta’ din is-sistema ta’ taħriġ, ma huma previsti l-ebda proċedura u l-ebda kriterju ta’ evalwazzjoni tal-persuna mħarrġa, u lanqas eżami finali sabiex jikkonstata li hija jkollha konoxxenzi suffiċjenti, fi tmiem it-taħriġ tagħha?

(9)

Id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għandu jkollu “pożizzjoni b’responsabilitajiet xierqa” tfisser li l-pożizzjoni tikkostitwixxi kwalifika li persuna għandu jkollha sabiex tkun tista’ tiġi ċċertifikata bħala spettur, fis-sens li huwa neċessarju li hija kienet tokkupa, matul l-attività preċedenti tagħha, pożizzjoni għolja? Jew id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 2042/2003 tfisser, fid-dawl ukoll tad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(3), tal-Kaptiolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003, li wara l-għażla inizjali ta’ persuna bħala spettur, hija għandha tingħata pożizzjoni fi ħdan l-awtorità kompetenti għall-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, li tkun tali li tippermettilha torbot lil din l-awtorità bil-firma tagħha?

(10)

Jekk id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-regolament għandha t-tieni tifsira esposta iktar ’il fuq, jista’ jiġi kkunsidrat li tissodisfa r-rekwiżiti f’dan is-sens tar-regolament, leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjoni tal-ispettur issir wara t-taħriġ teoretiku u prattiku tiegħu, li huwa l-mument minn meta huwa jkun jista’ jibda jwettaq ispezzjonijiet sabiex jikkonstata l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, billi jiffirma waħdu dokumenti tal-ispezzjoni u billi jorbot lill-awtorità kompetenti?

(11)

Barra minn hekk, jekk id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha t-tieni tifsira esposta iktar ’il fuq, għandu jiġi kkunsidrat li hija konformi ma’ din tal-aħħar, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik eżaminata f’dan il-każ, li tipprovdi li sabiex tintgħażel inizjalment persuna bħala spettur tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, huwa preferibbli li huwa jkun ġie promoss minn qabel “fi gradi ġerarkikament iktar għoljin u li huwa jkun responsabbli minn ażjenda tal-manutenzjoni tal-ajruplani”?

(12)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li ma jirregolax il-kwistjoni dwar jekk, u f’liema kundizzjonijiet, il-persuni li kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ spettur sabiex jikkontrollaw l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, għandhomx dritt li jkomplu jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, il-leġiżlatur nazzjonali kellu l-obbligu li jipprovdi li l-persuni li kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ spettur fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq (jew, fejn xieraq, qabel din id-data) kellhom awtomatikament jiġu ċċertifikati mill-ġdid bħala spetturi, mingħajr ma jiġu sottoposti preliminarjament għal proċedura ta’ għażla jew ta’ evalwazzjoni? Jew jeħtieġ li r-Regolament Nru 2042/2003, iċċitat iktar ’il fuq, li huwa intiż sabiex itejjeb is-sigurtà tat-trasport bl-ajru u mhux sabiex jikkonsolida d-drittijiet professjonali tal-persuni li jaħdmu fi ħdan l-awtorità tal-Istat Membru li hija kompetenti għall-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, jiġi interpretat fis-sens li huwa sempliċement jagħti lill-Istati Membri l-fakultà, jekk huma jqisu li jkun neċessarju, li jkomplu jimpjegaw, bħala spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, persuni li kienu jwettqu l-imsemmija spezzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, anki jekk dawn il-persuni ma jkollhomx il-kwalifiki rikjesti mill-imsemmi regolament, fid-dawl ukoll ta’ dak li huwa previst f’dan ir-rigward mid-dispożizzjoni AMC M.B. 902(b)(4) tal-Kapitolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003?

(13)

Fil-każ li jiġi ammess li, skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, l-Istati Membri huma obbligati jiċċertifikaw mill-ġdid u b’mod awtomatiku, mingħajr proċedura ta’ għażla, persuni li kienu jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ spettur qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, għandha tiġi kkunsidrata konformi mar-regolament, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik eżaminata f’dan il-każ, li tipprovdi li sabiex jiġu ċċertifikati mill-ġdid bħala spetturi, dawn il-persuni kellhom ikunu eżerċitaw effettivament il-funzjonijiet ta’ spettur, mhux fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, iżda wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali?


Top