Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0613

Kawża C-613/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma (Rinviju għal deċiżoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma

(Kawża C-613/10) (1)

(Rinviju għal deċiżoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 232/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danilo Debiasi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Parma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Strutturi sanitarji pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attività eżentata — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi użati fl-imsemmija attivitajiet eżentati

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


Top