Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0032

Kawża C-32/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) — il-Bulgarija) — Tony Georgiev Semerdzhiev vs ET Del-Pi-Krasimira Mancheva (Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 90/314/KEE — Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż — Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) — il-Bulgarija) — Tony Georgiev Semerdzhiev vs ET Del-Pi-Krasimira Mancheva

(Kawża C-32/10) (1)

(Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż - Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari)

2011/C 232/16

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tony Georgiev Semerdzhiev

Konvenuta: ET Del-Pi-Krasimira Mancheva

fil-preżenza ta’: ZAD Bulstrad VIG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven kasatsionen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 4(1)(b)(iv) u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) — Kunċett ta’ “servizzi turistiċi oħra” mhux anċillari għat-trasport jew għall-akkomodazzjoni u li jitħallsu mill-organizzatur — Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi għal kull konsumatur polza ta’ assigurazzjoni individwali u li jipprovdilu l-oriġinal qabel il-vjaġġ — Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni individwali li jkopri l-ispejjeż kollha ta’ ripatrijazzjoni fil-każ ta’ aċċident — Kunċett ta’ “danni” għal konsumatur, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt — Inklużjoni ta’ danni morali

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija).


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


Top