Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0317

Kawża C-317/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade marks verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali UNIFONDS u UNIRAK kif ukoll tat-trade mark figurattiva nazzjonali UNIZINS — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni — Sensiela jew familja ta’ trade marks)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-317/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali UNIFONDS u UNIRAK kif ukoll tat-trade mark figurattiva nazzjonali UNIZINS - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Sensiela jew familja ta’ trade marks)

2011/C 232/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Union Investment Privatfonds GmbH (rappreżentanti: J. Zindel u C. Schmid, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: UniCredito Italiano SpA (rappreżentant: G. Floridia, avukat), l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 — UniCredito Italiano SpA vs UASI — Union Investment Privatfonds (Kawżi magħquda T-303/06 u T-337/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet ta’ Union Investment Privatfonds GmbH fir-rigward tar-rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 196/2005-2 u R 211/2005-2) u tal-25 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 456/2005-2 u R 502/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u UniCredito Italiano SpA

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2010, UniCredito Italiano vs UASI — Union Investment Privatfonds (UNIWEB) (T-303/06 u T-337/06), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 146, 11.09.2010.


Top