Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0010

Kawża C-10/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Tnaqqis tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim — Tnaqqis limitat għad-donazzjonijiet magħmula lill-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-10/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Tnaqqis tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim - Tnaqqis limitat għad-donazzjonijiet magħmula lill-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali)

2011/C 232/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU 1994, L 1, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġ fiskali għad-donazzjonijiet lill-korpi ta’ riċerka u ta’ tagħlim pubbliku għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju tad-donazzjoni jkun stabbilit fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

Billi tawtorizza t-tnaqqis fiskali tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim esklużivament meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu stabbiliti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


Top