Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0360

Kawża C-360/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bonn — il-Ġermanja) — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dokumenti u informazzjoni pprovduti fil-kuntest ta’ programm nazzjonali ta’ klemenza — Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bonn — il-Ġermanja) — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt

(Kawża C-360/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Dokumenti u informazzjoni pprovduti fil-kuntest ta’ programm nazzjonali ta’ klemenza - Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni)

2011/C 232/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfleiderer AG

Konvenuta: Bundeskartellamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Bonn — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-akkordji, b’mod partikolari tal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 205), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 KE, flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE — Dokumenti u informazzjoni pprovduti mill-applikanti għall-klemenza lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri skont programm nazzjonali ta’ klemenza — Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkordji, u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li persuna, leża minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u li tfittex li tikseb danni, tikseb l-aċċess għad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ klemenza li tikkonċerna l-awtur ta’ dan il-ksur. Madankollu, huma l-qrati tal-Istati Membri, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tagħhom, li għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li fihom tali aċċess għandu jingħata jew jiġi rrifjutat billi jibbilanċjaw l-interessi protetti mid-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


Top