Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0317(02)

Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: tibdil fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

OJ C 83, 17.3.2011, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/10


Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: tibdil fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

2011/C 83/09

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (1) (ir-“Regolament ta' eżenzjoni”) jawtorizza l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dan id-dazju rriżulta mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) tad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), miżmum bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (4) u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5).

F’dan il-qafas, u permezz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni suċċessivi, ċertu għadd ta’ produtturi tar-roti ġew eżentati mid-dazju anti-dumping estiż: inter alia,

Azor Bikes (kodiċi addizzjonali Taric 8091) (6), BELVE sro (kodiċi addizzjonali Taric A535) (7), BH Bicicletas de Alava (kodiċi addizzjonali Taric 8963) (8), CHERRI di Cherri Mario & C. snc (kodiċi addizzjonali Taric A168) (9), Cicli Esperia SpA (kodiċi addizzjonali Taric 8068) (10), Madirom PROD SRL (kodiċi addizzjonali Taric A896) (11), Mama spol. sro (kodiċi addizzjonali Taric A551) (12), Mara Srl (kodiċi addizzjonali Taric 8983) (13), SPDAD, Lda (kodiċi addizzjonali Taric A320) (14).

Azor Bikes għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn 7707 AB Balkbrug, il-Pajjiżi l-Baxxi għal Marconistraat 7A, 7903 AG Hoogeveen, il-Pajjiżi l-Baxxi. Fl-istess ħin l-isem ippubblikat tal-kumpanija nbidel minn Azor Bikes għal Azor Bike BV.

BELVE sro għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Palkovičova 5, 915 01 Nové Mesto nad Váhom, ir-Repubblika Slovakka għal Holubyho 295, 916 01 Stará Turá, ir-Repubblika Slovakka.

BH Bicicletas de Alava għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn BH Bicicletas de Alava għal Bicicletas de Alava SL. L-indirizz legali tal-kumpanija huwa C/ Arcacha, 1, 01006 Vitoria, Spanja.

CHERRI di Cherri Mario & C. snc għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn CHERRI di Cherri Mario & C. snc għal CHERRI di Cherri Franco & C. SAS.

Cicli Esperia SpA għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Via Bellini Vincenzo, 5, 35131 Padova (PD), l-Italja għal Viale Enzo Ferrari 8/10/12, 30014 Cavarzere (VE), l-Italja.

Madirom PROD SRL għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Hipermagazin Decathlon, corp 2, blvd Iuliu Maniu, nr. 546-560, sector 6, 061129 Bucharest, ir-Rumanija għal blvd Liviu Rebreanu 130, 300748 Timisoara, Timis, ir-Rumanija.

Mama spol. sro għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Mama spol. sro għal Kellys Bicycles sro.

Mara Srl għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Mara Srl għal MARA CICLI Srl. L-indirizz legali tal-kumpanija huwa via della Pergola n. 5, 21052 Busto Arsizio, l-Italja.

SPDAD Lda għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali u l-indirizz tal-kumpanija nbidlu minn SPDAD Lda, rua do Pinhal, lote 9-12, 4470 Maia, il-Portugall għal RGVS Ibérica Unipessoal Lda, rua Central de Mandim, Barca, 4475 023 Maia, il-Portugall.

Wara li eżaminat it-tagħrif mogħti lilha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bidliet fl-ismijiet u l-indirizzi legali tal-kumpaniji ma jaffettwawx l-operazzjonijiet ta' 'immuntar fir-rigward tal-istipulazzjonijiet tar-Regolament ta' eżenzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tqisx li dawn il-bidliet għandhom jaffettwaw l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

Għalhekk ir-referenzi għal Azor Bikes fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE, għal BELVE sro fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/772/KE, għal BH Bicicletas de Alava fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97, għal CHERRI di Cherri Mario & C. snc fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/134/KE, għal Cicli Esperia SpA fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/447/KE, fl-Avviż tal-Kummissjoni 2007/C 158/06 u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 135/04, għal Madirom PROD SRL fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/867/KE, għal Mama spol. sro fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/22/KE, għal Mara Srl fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE u għal SPDAD Lda fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/606/KE għandhom jinqraw kif irrappurtat fl-Anness li ġej.


(1)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

(5)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 31, 6.2.1998, p. 25.

(7)  ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.

(8)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(9)  ĠU L 47, 19.2.2002, p. 43.

(10)  ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU C 158, 11.7.2007, p. 6, ĠU C 135, 3.6.2008, p. 5.

(11)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106.

(12)  ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16.

(13)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6.

(14)  ĠU L 195, 24.7.2002, p. 81.


ANNESS

Referenza ta' qabel

Referenza ġdida

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Azor Bikes

7707 AB Balkbrug

NEDERLAND

Azor Bike BV

Marconistraat 7A

7903 AG Hoogeveen

NEDERLAND

Il-Pajjiżi l-Baxxi

8091

BELVE sro

Palkovičova 5

915 01 Nové Mesto nad Váhom

SLOVENSKO/SLOVAKIA

BELVE sro

Holubyho 295

916 01 Stará Turá

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Ir-Repubblika Slovakka

A535

BH Bicicletas de Alava

01080 Vitoria

ESPAÑA

Bicicletas de Alava SL

C/ Arcacha, 1

01006 Vitoria

ESPAÑA

Spanja

8963

CHERRI di Cherri Mario & C. snc

Via Cagliari 39

09016 Iglesias CA

ITALIA

CHERRI di Cherri Franco & C. SAS

Via Cagliari 39

09016 Iglesias CA

ITALIA

L-Italja

A168

Cicli Esperia SpA

Via Bellini Vincenzo 5

35131 Padova PD

ITALIA

Cicli Esperia SpA

Viale Enzo Ferrari 8/10/12

30014 Cavarzere VE

ITALIA

L-Italja

8068

Madirom PROD SRL

Hipermagazin Decathlon, corp 2

Bd. Iuliu Maniu nr. 546-560, sector 6

061129 București

ROMÂNIA

Madirom PROD SRL

Bd. Liviu Rebreanu nr. 130

300748 Timișoara, Timiș

ROMÂNIA

Ir-Rumanija

A896

Mama spol. sro

Krajinská 1

92101 Piešt'any

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Kellys Bicycles sro

Krajinská 1

92101 Piešt'any

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Ir-Repubblika Slovakka

A551

Mara Srl

21052 Busto Arsizio VA

ITALIA

Mara CICLI Srl

Via della Pergola 5

21052 Busto Arsizio VA

ITALIA

L-Italja

8983

SPDAD Lda

Rua do Pinhal — lote 9-12

4470 Maia

PORTUGAL

RGVS Ibérica Unipessoal Lda

Rua Central de Mandim, Barca

4475-023 Maia

PORTUGAL

Il-Portugall

A320


Top