Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0409

Kawża C-409/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis- 16 ta’ Awwissu 2010 — Haptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH

OJ C 274, 9.10.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Haptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH

(Kawża C-409/10)

()

2010/C 274/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Haptzollamt Hamburg-Hafen

Konvenuta: Afasia Knits Deutschland GmbH

Domandi preliminari

(1)

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinanti” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (1), li l-Kummissjoni Ewropea essenzjalment tinkariga ruħha, anki jekk bis-sostenn tal-awtoritajiet lokali, li twettaq il-kontroll a posteriori tal-provi tal-oriġini li ngħataw fil-pajjiż ta’ esportazzjoni u jikkostitwixxi riżultat ta’ kontroll, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk ir-riżultati ta’ kontroll tal-Kummissjoni hekk miksuba huma rreġistrati fi protokoll iffirmat ukoll minn rappreżentant tal-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fil-każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn iċ-ċertifikati preferenzjali maħruġa mill-pajjiż tal-esportazzjoni matul ċertu perijodu ġew annullati peress li l-oriġini tal-merkanzija ma setgħetx tiġi kkonfermata wara kontroll a posteriori anki jekk madankollu ma jistax jiġi eskluż li ċerta merkanzija esportata tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-oriġini, il-persuna taxxabbli tista’, abbażi tat-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li li jwaqqaf il Kodiċi Doganali tal Komunità (2), tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali billi ssostni li ċ-ċertifikati ta’ oriġini preferenzjali li ġew ippreżentati fil-każ tagħha setgħu kienu korretti u li għalhekk kienu bbażati fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur?


(1)  Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


Top