Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0351

Kawża C-351/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit- 12 ta’ Lulju 2010 — Zollamt Linz Wels

OJ C 274, 9.10.2010, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Lulju 2010 — Zollamt Linz Wels

(Kawża C-351/10)

()

2010/C 274/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zollamt Linz Wels

Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Salzburg

Parti oħra fil-kawża: LAKI D.O.O.E.L.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 558(1) flimkien mal-Artikolu 555(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2913/92 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm użu illegali ta’ mezz ta’ trasport fit-traffiku intern ladarba jkun hemm it-tagħbija tal-mezz ta’ trasport u l-bidu tat-trasport, fil-każijiet fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ta’ traffiku intern bejn żewġ Stati Membri lill-vettura għall-użu kummerċjali, fejn it-tagħbija sseħħ f’wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri, iżda d-destinazzjoni (il-post tal-ħatt) tinsab fi Stat Membru ieħor u ma tkunx ingħatat awtorizazzjoni fir-rigward ta’ dan l-Istat l-ieħor?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 204(1)(a) flimkien mal-Artikolu 215 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, id-dejn doganali jitnissel fl-Istat Membru ta’ tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor id-dazji fuq l-importazzjoni minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, barra minn hekk, l-Artikolu 61 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, l-importazzjoni ssir fl-Istat Membru tat-tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-importazzjoni, minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(3)  ĠU L 347, p. 1.


Top