This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Kawża C-336/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis- 6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac
Case C-336/10: Reference for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Craiova (Romania) lodged on 6 July 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului Pentru Mediu v Victor Vinel Ijac
Kawża C-336/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis- 6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac
OJ C 274, 9.10.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac
(Kawża C-336/10)
()
2010/C 274/11
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Konvenuta: Victor Vinel Ijac
Domanda preliminari
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi Stat Membru milli jistabilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa dwar l-inkwinament irregolata mill-OUG Nru 50/2008, li jissuġġetta r-reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi bil-mutur użati importati u rreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tat-taxxa dwar l-inkwinament, filwaqt li tali taxxa mhijiex dovuta fil-każ ta’ vetturi bil-mutur użati rreġistrati fir-Rumanija meta dawn jinbiegħu u għalhekk jiġu rreġistrati mill-ġdida, peress li tali taxxa tista’ tirrappreżenta taxxa interna fuq beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra li hija indirettament diskriminatorja fir-rigward tat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali?