Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0324

Kawża C-324/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil- 5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

OJ C 274, 9.10.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-324/10)

()

2010/C 274/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ kompożizzjoni irregolari fis-sens tal-kodiċi tal-prodott 0207 12 90 9990 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-kodiċi jippermetti li mal-karkassa jistgħu jiżdiedu biss sa massimu ta’ erba’ ġewwieni fost dawk li huwa jindika, kemm ġewwieni waħdu jew diversi flimkien, bil-kundizzjoni li t-total ta’ erbgħa jkun osservat?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: is-subintestatura 0207 12 10 (1) tkopri wkoll karkassi fejn wieħed mill-ġewwieni msemmija f’din is-subintestatura ikun ġie miżjud diversi drabi?


(1)  ĠU L 322, 1 ta’ Diċembru 1998, p. 31.


Top