Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0087

Kawża T-87/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2010 — Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE)

OJ C 100, 17.4.2010, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/67


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2010 — Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE)

(Kawża T-87/10)

2010/C 100/98

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chestnut Medical Technologies, Inc. (Menlo Park, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein, H. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Diċembru 2009, fil-Każ R 968/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PIPELINE” għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru deskrittiv; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell, billi injora l-argumenti mressqa mir-rikorrenti, kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni li fuqha ġiet ibbażata d-deċiżjoni.


Top